Lpup lebsin ta’ ngħaġ

Iktar milli jmorru jpeċilqu ma’ tal-MaltaToday jew fuq is-Super One, naħseb aħjar jitolbu skuża dawn il-prime donne tas-soltu talli għal deċenji sħaħ taw tama falza li t-tagħlim tal-Knisja se jinbidel – meta kienu jafu sew li ma setgħax, ġaladarba hu bbażat fuq l-Iskrittura u fuq il-Liġi Naturali.

X’ironija li kien il-Papa Franġisku li faqgħalhom il-bużżieqa wara li xebgħu jinħbew wara d-diskors tiegħu fejn qablilhom.

U xi ngħidu għall-assurdità u l-qerq tagħhom? Naħseb l-aktar interpretazzjoni karitattiva hi li tant kemm kililhom moħħhom ix-xellugiżmu skwallidu tagħhom, li lanqas għadhom kapaċi jirraġunaw. Tal-inqas fil-każ ġenerali, il-Knisja qatt m’għallmet li Alla ma jintervjeni b’mod dirett biex persuna titwieled b’ċerti karatteristiċi, wisq inqas li titwieled omosesswali; argument dubjuż anke fuq bażi xjentifika. Bl-istess loġika rridu naċċetaw li l-pedofeli u n-nekrofeli huma wkoll maħluqin permezz tal-istess rieda attiva, u għalhekk m’għandna l-ebda dritt li nikkundannaw l-aġir tagħhom.

Hemm ħafna x’jista’ jingħad fuq il-korruzzjoni, f’kull sens tal-kelma, fil-kleru, iżda ħa nieqaf hawn. Biss wieħed jittama li l-Knisja f’Malta tqum daqsxejn mir-raqda tagħha u tieħu azzjoni kontra dawn l-ilpup, ladarba qegħdin jiċħdu mhux biss il-Papa – saħansitra wieħed li kellu jkun xi riformista liberali – iżda l-Maġisteru tal-Knisja b’mod daqshekk sfaċċat u diżinġenwu.

“Let them alone: they are blind, and leaders of the blind. And if the blind lead the blind, both will fall into the pit.” (Matthew 15:14 DRC1752)
CA

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *