In-nisa f’Malta l-inqas fl-UE li qed ikollhom tfal

In-nisa f’Malta huma l-inqas li qed ikollhom tfal fl-Unjoni Ewropea.

Dan joħroġ minn ċifri tal-Eurostat li juru kif fl-2019 ir-rata ta’ fertilità f’Malta kienet ta’ 1.14 għal kull mara waqt li l-medja fl-Ewropa kienet ta’ 1.53 bl-ogħla rata mkejla fi Franza bi kważi żewġt itrabi għal kull omm (1.87).

Iċ-ċifri juru li kważi terz tat-trabi li twieldu f’Malta fl-2019 kienu minn ommijiet barranin li jgħixu fil-gżejjer Maltin, l-ogħla rata fl-UE.

Għall-konsulent ostetriku u ġinekologu l-Professur George Buttigieg m’hemmx raġuni waħda għala r-rata ta’ fertilità f’Malta kompliet tonqos fl-aħħar snin.

L-esperti tad-demografija jargumentaw li biex pajjiż ikun demografikament sostenibbli jeħtieġ rata ta’ fertilità ta’ madwar żewġt itrabi għal kull mara.

Read More

Kumment tagħna: M’għandekx għalfejn tkun espert tad-demografija biex tirrealizza li b’rata ta’ fertilità ta’ 1.14, li tinkudi WKOLL perċentaġġ ta’ tfal mwieldin mill-barranin, il-poplu Malti destinat għall-estinzjoni fi ftit ġenerazzjonijiet. Ir-raġunijiet huma tassew bosta, però m’hemmx l-iċken dubju li fost ta’ quddiem hemm, apparti l-koruzzjoni kulturali u spiritwali, li m’hemmx inċentivi biżżejjed biex tissaħħaħ il-familja u nagħmluha trendi. Biex ngħaxquha hawn min għadu mhux kuntent bl-isfreġju demografiku u jrid idaħħal ukoll l-abort. Il-Partit Popolari, jemmen li l-familja tradizzjonali mhux biss hija l-qofol tas-soċjetà, iżda l-unika garanzija ta’ futur stabbli u san u għalhekk ma jagħmel l-ebda apoloġija li l-familja tradizzjonali se tkun fiċ-ċentru tal-politika tiegħu.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *