L-Ungerija tistqarr li Sputnik V l-aqwa vaċċin

Studju li sar l-Ungerija sab li l-vaċċin Russu ‘Sputnik V’ mhux biss joffri l-aqwa protezzjoni iżda huwa wkoll lanqas perikoluż fost il-vaċċini evalwati. L-istudju kkompara l-effiċjenza kif ukoll l-konsegwenzi tal-vaċċini: Sputnik V, AstraZeneca, SinoPharm, Moderna u Pfizer.

L-istudju sab li wara li ntuża l-Pfizer kien hemm 32 darba aktar imwiet irreġistrati kkomparat mal-użu ta’ Sputnik V. Sab ukoll li l-każijiet ta’ infezzjoni wara t-tilqim bi Sputnik V kien ħames darbiet anqas mill-Pfizer u seba’ darbiet anqas mill-AstraZeneca. Din id-data tikkonferma stqarrija mill-uffiċju tal-Prim Ministru Ungeriż Gergey Gulyas. Huwa stqarr li l-vaċċin Ċiniż joffri aktar protezzjoni mill-Pfizer iżda l-vaċċin Russu huwa l-aqwa.

Sputnik V ġie approvat għall-użu f’61 pajjiż b’popolazzjoni ta’ aktar minn 3 biljuni.

Madankollu l-Unjoni Ewropea għadha ma approvatx l-użu tiegħu fl-Ewropa, għax fl-Unjoni Ewropea l-politika tiġi qabel s-saħħa tan-nies. Madankollu l-Ungerija li hija membru tal-UE, ġiet taqa’ u tqum mill-UE u għamlet ftehim dirett mar-Russja biex tixtri l-vaċċin Sputnik V.

Peress li aħna tfal bravi tal-Unjoni Ewropea, aħna għażilna li ma nixtrux il-vaċċin Russu (li huwa ferm orħos ukoll kemm mill-Pfizer u l-AstraZeneca.

L-istqarrija tal-gvern Ungeriż fuq fb qiegħda hawn: https://www.facebook.com/kormanyzat/posts/5439413329464676

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *